Talba ta’ Filgħodu

Mulej tiegħi u Alla tiegħi,
nirringrazzjak li għoġbok tqajjimni għal jum ieħor.
Noffrilek din il-ġurnata kollha kemm hi –
kull ħsieb, kull kelma u kull għemil tiegħi.

Tini l-grazzja biex nagħmel dak li jogħġbok,
biex inservik b’imħabba u b’qalbi kollha.
Ħares lill-familja tiegħi u lil dawk kollha li niltaqa’ magħhom illum.
Neħħi minni kull biża’, tħassib u tentazzjoni.

O Marija, Omm ħelwa u qaddisa,
akkumpanjani tul dan il-jum.
San Ġużepp, San Ġorġ Preca u l-qaddisin kollha – itolbu għalija.

Amen.

Scroll to Top