Talba lil Sant’Antnin
Ftakar, Qaddis kbir tal-mirakli,
li int qatt ma ċħadt l-għajnuna u l-faraġ tiegħek
lil min sejjaħlek fi ħtiġijietu.
Mimli b’din it-tama u kollni żgur li ma nitlobx għalxejn,
jiena ndur lejk, li int tant għani fil-grazzji
u tant għażiż għal Ġesù.
Int, li kont titħaddet hekk tajjeb fuq il-ħniena bla tarf t’Alla,
la tistmerrx issa t-talba tiegħi,
iżda bis-setgħa li għandek quddiem Alla,
wassalhieli quddiem it-tron tiegħu,
biex nikseb l-għajnuna u l-faraġ fid-dwejjaq
u l-ħtiġijiet li ninsab fihom.
Ammen.