Talba lil San Mikiel Arkanġlu
San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida.
Kun inti l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju.
Irażżnu Alla nitolbuk bil-ħerqa!
Inti l-aqwa fost il-qtajja’ tas-sema.
Itfa’, bil-qawwa t’Alla, fil-qiegħ tal-infern,
lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra,
li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien tal-erwieħ.
Ammen.