Talba lil San Ġuda Taddew
O glorjuż Appostlu San Ġuda Taddew,
li rċevejt dinjità u qawwa kbira
mingħand il-Qalb ta’ Ġesù,
permezz ta’ din il-Qalb,
jien infaħħar u niżżiħajr ‘l Alla
għall-grazzji kollha li xerred fuqek.
Mixħut bl-umiltà quddiemek,
bil-ħrara kollha nitolbok li titfa’ fuqi
bi ħniena l-ħarsa tiegħek.
La tiċħadx it-talba tiegħi
(hawnhekk semmi xi grazzja li għandek bżonn)
u tħallix li naqta’ qalbi.
Lilek Alla mar jagħti setgħa li tgħin
lill-bnedmin fl-aktar każi diffiċli.
Għinni biex infaħħar il-ħniena ta’ Alla.
Matul ħajti kollha nibqa’ devot fidil tiegħek,
sakemm niġi niżżikħajr fis-sema.
Hekk ikun.