Talba għad-Doni tal-Ispirtu s-Santu

Mulej Ġesù Kristu, li qabel ma tlajt fis-sema wegħedt li tibgħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli u d-dixxipli tiegħek, nitolbok li tagħtini l-istess Spirtu s-Santu, biex jipperfezzjona f’ruħi l-opra tal-grazzja u l-imħabba tiegħek.

Agħtini

Id-don tal-Għerf, biex inħobb biss dak li hu etern u niddisprezza l-ħwejjeġ li jgħaddu ta’ din id-dinja;
Id-don tal-Fehma, biex idawwalli moħħi bid-dawl tal-verità divina tiegħek;
Id-don tal-Kunsill, biex dejjem nagħżel it-triq li togħġbok u li twassalni lejn is-sema;
Id-don tal-Qawwa, biex inġorr is-salib tiegħi miegħek u nirbaħ b’kuraġġ l-ostakli kollha li jopponu s-salvazzjoni tiegħi;
Id-don tax-Xjenza, biex nagħraf lilek u lili nnifsi, u nikber fil-għerf tal-qaddisin;
Id-don tal-Pjetà, biex insib is-servizz tiegħek ħelu u sabiħ; u
Id-don tal-Biża’ ta’ Alla, biex inħoss rispett u reverenza lejn Alla u nibża’ li noffendih b’xi mod jew ieħor

Immarkani, Mulej għażiż, bis-sinjal tad-dixxipli veri tiegħek, u animani f’kollox bl-Ispirtu qaddis tiegħek.
Ammen.

Scroll to Top