Talb għall-Morda u Moribondi
Il-Ħniena Divina
“Fis-siegħa tal-mewt tagħhom, Jiena nħares bħala l-glorja Tiegħi stess, lil ruħ li tgħid din il-kurunella;
jew meta nies oħrajn jgħiduha għal wieħed li qed imut, l-indulġenza hi l-istess.
Meta tingħad din il-kurunella fejn is-sodda ta’ persuna qiegħda tmut, il-korla
ta’ Alla tittaffa, ħniena bla qies iddawwar ir-ruħ, u l-fond tal-ħniena tenera
Tiegħi jiċċaqlaq minħabba l-Passjoni ħarxa ta’ Ibni.” – mid-djarju ta’ Santa Faustina – paragrafu 811.
Għall-Moribond fi Tmiem il-vjaħħ fuq din l-art
Mulej Ġesù Kristu, Salvatur tad-dinja, b’qalbna kollha
nirrikmandawlek lil ħuna (oħtna) N., qaddej(ja) tiegħek; int, li kollok
tjieba, ilqgħu (ilqagħha) fil-hena tas-saltna tiegħek, bħalma kollok
ħniena nżilt minħabba fih(a) fuq din l-art. Għax għalkemm dineb
(dinbet), qatt ma ċaħad (ċaħdet) lill-Missier u lill-lben u lill-lspirtu sSantu, iżda emmen (emmnet) fik, Trinità Qaddisa, u dejjem tak
(tatek) il-qima li tistħoqqlok, Alla li ħlaqt kollox.
Amen