Talb għal wara t-Tqarbin
Anima Christi (Ruħ ta’ Kristu)
Ruħ ta’ Kristu, qaddisni.
Ġisem ta’ Kristu, salvani.
Demm ta’ Kristu, isqini.
Ilma tal-kustat ta’ Kristu, aħsilni.
Passjoni ta’ Kristu, sabbarni.
O Ġesù twajjeb, ismagħni.
Fil-pjagi tiegħek, aħbini.
Tħallini qatt ninfired minnek.
Mill-għadu ħażin ħarisni.
Fis-siegħa ta’ mewti sejjaħli.
Ġewwa ħdanek ilqagħni,
biex mal-qaddisin tiegħek infaħħrek
għal dejjem ta’ dejjem.
Ammen.
O Alla, Mħabba Perfetta
O Alla, Int imħabba perfetta. Fil-kobor tal-ħniena bla qies tiegħek, ma kienx biżżejjed għalik li tibgħat lil Ibnek il-waħdieni biex minn fuq is-salib jitolbok taħfrilna għax ma nafux x’aħna nagħmlu, imma ridt li jibqa’ magħna permezz tal-Ewkaristija.
Mulej, aħna mingħajrek m’aħna xejn, ruħna tixxennaq għalik. Agħtina il-grazzja li nimxu dejjem fid-dawl tiegħek. Qaddisna u għinna nkunu xhieda qalbiena tiegħek f’din id-dinja li qiegħdha titbiegħed minnek.
Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta dejjem.
Ammen.
Radd il-Ħajr Personali (Wara t-Tqarbina):
Ġesù, Mulej tiegħi u Alla tiegħi, Int ġejt tgħammar fija. Imla qalbi bil-paċi Tiegħek, ruħi bil-preżenza Tiegħek, u ħajti bid-dawl Tiegħek. Jalla din it-Tqarbina Mqaddsa tkabbar l-imħabba tiegħi għalik u ssaħħaħni biex naqdik bil-ferħ.
Marija, Ommi, għinni ngħożż lil Ġesù fija. San Ġużepp, ipproteġi ruħi. L-anġli u l-qaddisin kollha, itolbu għalija, biex qatt ma niksaħ fl-imħabba.