Regina Caeli (bil-Malti)

Sultana tas-sema, ifraħ: Hallelujah.
Għaliex dak li stħoqqlek tkun ommu: Hallelujah.

Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Hallelujah.
Itlob ‘l Alla għalina: Hallelujah.

Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah.
Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah.

Nitolbu.
O Alla, bil-qawmien mill-imwiet ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna,
għoġbok tferraħ lid-dinja;
agħtina, nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija,
niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem.
Bi Kristu Sidna.
Ammen.

Scroll to Top