Memorare (Ftakar ja l-Iżjed Ħanina)

Ftakar, ja l-iżjed ħanina,
omm u verġni Marija,
li qatt ma nstama’ fid-dinja
li xi ħadd intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek,
talbek l-għajnuna jew fittex li tidħol għalih,
u inti ma smajtux.

Imqanqal minn dan il-ħsieb,
għal għandek niġri,
ja verġni u omm tiegħi;
għandek niġi,
quddiemek noqgħod,
midneb u niedem,
ja omm l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem.

La tistmerrx it-talb tiegħi,
iżda ismagħni u weġibni. Ammen.

Scroll to Top