Dwarna

Nafda Fik (nafdafik.com) huwa spazju sigur u mimli bit‑talb li jgħinek toqrob aktar lejn it‑triq tal‑qdusija. L‑ewwel għan tagħna huwa li nagħmlu l‑ibbukkjar tas‑Sagrament tar‑Rikonċiljazzjoni faċli u b’dinjità. Il‑Qrar hu importanti wisq biex jiġi mgħaġġel ftit minuti qabel il‑Quddiesa—aħseb u ara waqt il‑Quddiesa. Jixraqlu tħejjija bir‑reqqa: talb fis‑skiet, eżami onest tal‑kuxjenza, u ambjent li jħeġġeġ indiema ġenwina. Ir‑riżorsi tagħna jiggwidawk f’kull pass u jqabbduk ma’ saċerdot li jista’ jilqa’ l‑qrar tiegħek f’ambjent paċifiku, sabiex tirċievi maħfra sħiħa u l-grazzja ta’ Alla. Issib ukoll ġabra ta’ talb u devozzjonijiet popolari biex toqrob aktar lejn il‑Mulej.


It‑Tim

Aħna tim żgħir li bdejna mill‑bżonn li noffru sistema ta’ appuntamenti biex wieħed isib saċerdot għal‑Qrar jew Direzzjoni Spiritwali. Is‑sit bħalissa huwa mmirat għall‑Gżejjer ta’ Malta u Għawdex.

Jekk qatt ikollok suġġeriment, xi ħsieb, jew trid sempliċement trid tikkuntattjana, iktbilna fuq nafdafik@gmail.com.

Scroll to Top