Ejja, Spirtu s-Santu
Ejja, Spirtu s-Santu,
imla l-qlub tal-fidili tiegħek
u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.
Int li bid-don tal-ħafna ilsna,
ġbart il-ġnus u għaqqadthom f’fidi waħda.
Nitolbuk, O Alla,
Int għallimt il-qaddejja tiegħek
bid-dawl tal-Ispirtu s-Santu;
agħtina li niggustaw fl-istess Spirtu s-Santu
dak li hu sewwa
u ngawdu dejjem il-faraġ Tiegħu.
Bi Kristu Sidna.
Ammen.