Misteri tar-Rużarju Mqaddes
Ir-Rużarju jikkonsisti f’erba’ settijiet ta’ Misteri. Kull sett jiffoka fuq ġrajjiet importanti fil-ħajjiet ta’ Ġesù u Marija. Tradizzjonalment, sett wieħed jintalab kuljum:
✿ Il-Misteri tal-Ferħ (Nhar ta’ Tnejn u s-Sibt)
- Meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Sidtna Marija li kellha tkun Omm Alla.
- Meta Sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta.
- Meta Sidna Ġesù Kristu twieled fil-Għar ta’ Betlehem.
- Meta Sidtna Marija ppreżentat lil Binha Ġesù’ fitTempju.
- Meta Sidtna Marija tilfet lil Binha Ġesù, u wara tlett ijiem sabitu jiddiskuti mad-dutturi.
✝ Misteri tat-Tbatija (nhar to Tlieta u l-Ġimgħa)
- Meta Sidna Ġesù Kristu talab fl-ort tal-Getsemani u għereq l-għaraq tad-demm.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien marbut ma kolonna u flaġġelat.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien mgħobbi bis-salib minngħand Pilatu sal-Kalvarju.
- Meta Sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u wara tliet sigħat miet.
☀ Misteri tal-Glorja (Nhar ta’ Erbgħa u l-Ħadd)
- Meta Sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-xmara Ġordan.
- Meta Sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana.
- Meta Sidna Ġesù Kristu ħabbar is-Saltna t’Alla u sejjaħ għall-indiema.
- Meta Sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntanja Tabor.
- Meta Sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-Misteru tal-Għid.
💡 Misteri tad-Dawl (Nhar ta’ Ħamis)
- Meta Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet.
- Meta Sidna Ġesù Kristu tela’ s-sema.
- Meta Sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.
- Meta Sidtna Marija giet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.
- Meta Sidtna Marija giet inkurunata mit-Trinità qaddsa.
Mur lura għal-paġna tar-Rużarju Mqaddes