Litanija tal-Madonna
Mulej, ħniena.
Kristu, ħniena.
Mulej, ħniena.
Kristu, ismagħna.
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.
Missier Etern Alla. Ħenn għalina
Iben Alla, li fdejt id-dinja. Ħenn għalina
Spirtu Qaddis Alla. Ħenn għalina
Trinità Qaddisa Alla wieħed. Ħenn għalina
Imqaddsa Marija. Itlob għalina
Imqaddsa Omm Alla. Itlob għalina
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet. Itlob għalina
Omm ta’ Kristu. Itlob għalina
Omm il-Knisja. Itlob għalina
Omm tal-ħniena. Itlob għalina
Omm tal-grazzja ta’ Alla. Itlob għalina
Omm it-tama. Itlob għalina
Omm l-iżjed safja. Itlob għalina
Omm l-iżjed nadifa. Itlob għalina
Omm u xebba. Itlob għalina
Omm bla tebgħa. Itlob għalina
Omm li tistħoqq l-imħabba. Itlob għalina
Omm ta’ l-għaġeb. Itlob għalina
Omm tal-parir it-tajjeb. Itlob għalina
Omm ta’ min ħalaqna. Itlob għalina
Omm ta’ min salvana. Itlob għalina
Xebba kollok għaqal. Itlob għalina
Xebba li tistħoqq kull qima. Itlob għalina
Xebba li tistħoqq kull foħrija. Itlob għalina
Xebba kollok setgħa. Itlob għalina
Xebba kollok ħniena. Itlob għalina
Xebba dejjem marbuta m’Alla. Itlob għalina
Mera tal-qdusija. Itlob għalina
Tron tal-għerf. Itlob għalina
Bidu tal-ferħ tagħna. Itlob għalina
Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu. Itlob għalina
Għamara ta’ kull grazzja. Itlob għalina
Għamara ta’ kull tjieba. Itlob għalina
Warda mistika. Itlob għalina
Torri ta’ David. Itlob għalina
Torri ta’ l-avorju. Itlob għalina
Dar tad-deheb. Itlob għalina
Arka tar-rabta l-ġdida. Itlob għalina
Bieb tas-sema. Itlob għalina
Kewkba ta’ filgħodu. Itlob għalina
Saħħa tal-morda. Itlob għalina
Kenn tal-midinbin. Itlob għalina
Faraġ tal-migranti. Itlob għalina
Faraġ ta’ l-imnikktin. Itlob għalina
Għajnuna ta’ l-insara. Itlob għalina
Sultana ta’ l-Anġli. Itlob għalina
Sultana tal-Patrijarki. Itlob għalina
Sultana tal-Profeti. Itlob għalina
Sultana ta’ l-Appostli. Itlob għalina
Sultana tal-Martri. Itlob għalina
Sultana tal-Konfessuri. Itlob għalina
Sultana tal-Verġni. Itlob għalina
Sultana tal-Qaddisin kollha. Itlob għalina
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa. Itlob għalina
Sultana mtellgħa s-sema. Itlob għalina
Sultana tar-Rużarju Mqaddes. Itlob għalina
Sultana tal-familja. Itlob għalina
Sultana tal-paċi. Itlob għalina
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Malej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.
Itlob għalina qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.
Nitolbu…
O Alla, li ridt li mat-tħabbira tal-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.