Kredu tal-Apostli
Jiena nemmen f’Alla, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art.
U f’Ġesù Kristu, l-Iben waħdieni tiegħu, Sidna; li kien ikkonċeput mill-Ispirtu s-Santu; twieled mill-Verġni Marija; bata taħt Ponzju Pilatu; sallbuh, miet u difnuh; niżel bejn l-imwiet; fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet; tela’ fis-smewwiet, u qiegħed fuq il-leminija t’Alla, il-Missier li jista’ kollox; minn hemm għandu jerġa’ jiġi biex jagħmel il-ħaqq mill-ħajjin u l-mejtin.
Nemmen fl-Ispirtu s-Santu, il-Knisja mqaddsa kattolika, ix-xirka tal-qaddisin, il-maħfra tad-dnubiet, il-qawmien mill-imwiet, u l-ħajja ta’ dejjem. Amen.
Tagħrif
Il-Kredu tal-Appostli huwa stqarrija qasira tal-fidi Nisranija li ġejja mit-tradizzjoni bikrija tal-Knisja. Huwa magħruf bħala “il-Kredu qasir” u jintuża b’mod regolari fil-Quddiesa, fit-talb tar-Rużarju, u fil-katekeżi.
Bidla fit-terminoloġija: “Niżel bejn l-imwiet”
Fl-2013, il-Konferenza Episkopali Maltija approvat il-kliem “niżel bejn l-imwiet” biex jissostitwixxi l-espressjoni preċedenti “niżel fil-limbu” fil-Kredu. Din il-bidla saret biex tkun aktar preċiża teoloġikament u biex tevita konfużjoni, billi l-kelma “limbu” kienet tassoċja ruħha ma’ teoriji li mhumiex parti mid-duttrina uffiċjali tal-Knisja .